Boxing
Boxing: Zinad u Cortez fil-ġlieda prinċipali fin-‘Networking Fightclub’

Boxing: Is-Sibt filgħaxija attivita’ ferm mistennija ‘Networking Fightclub’ organizzata minn Prize Boxing Promotions taħt l-iskrutinju tal-Malta Boxing Association.
Illum sar il-Weigh-in tal-20 boxer li se jiġġieldu fl-għaxar ġlidiet ta’ għada. Fost il-Maltin li se jkunu fl-azzjoni hemm Bray Pace, Svien Zammit, Nigel Sant, Jason Micallef, Lydon Chircop, u Brandon Borg. Ma dawn jingħaqdu Niclas Elfstad u l-aħwa mil-Libja Malik u Moez Zinad li ilhom f’Malta għal diversi snin jipprattikaw dan l-isport. Għada jiġġieled ukoll Fathi Brebesh kontra t-taljan Ivan Magnini. Il-ġlieda prinċipali se tkun dik bejn Malik Zinad u John Cortez fil-kategorija Light Heavyweight. L-għaxar ġlidiet se jsiru fil-Lukanda Intercontinental f’San Ġiljan.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Kollox lest għall-ġlieda boxing bejn Tyson Fury u Tom Schwarz. Dawn it-tnejn se jkunu qed jiġġieldu fi ġlieda li mhux se jkun fiha ebda titlu iżda mondjali, iżda se tkun qed…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev instab ħati ta’ fastidju sesswali wara li bies ġurnalista fuq xufftejha f’Marzu li għadda. Pulev, imlaqqam “The Cobra” bies lill-ġurnalista Jennifer Ravalo wara ġlieda li kellu…

Boxing

Il-boxer Irlandiż tal-mixed martial arts Conor McGregor ħabbar li rtira mill-isport. Dan il-boxer ħabbar dan permezz ta’ tweet fuq Twitter u ħasad lil kulħadd għaliex l-aħbar ma kenitx mistennija. Għalkemm…

Boxing

Il-boxer Bulgaru Kubrat Pulev spiċċa jbus ġurnalista Amerikana li kienet qiegħda tintervistah wara l-ġlieda li kellu kontra Bogdan Dinu tar-Rumanija. Il-ġlieda saret f’Kalifornja u l-Bulgaru ta’ 37 sena kien qiegħed…

Aktar