Brażil 2014 – 87% tal-Maltin isegwu l-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja fuq il-PBS

87%: daqshekk huwa l-persentaġġ tal-Maltin li qed isegwu l-logħbiet tat-tazza tad-dinja fuq l-istazzjonijiet tal-PBS, TVM u TVM2.

Iċ-ċifra toħroġ minn stħarriġ li sar bit-telefon waqt il-fażi tal-gruppi ta’ din it-tazza tad-dinja li wera lil tvm u tvm2 ferm quddiem il-kompetizzjoni.

L-eqreb stazzjon, ir-RAI, huwa segwit minn 16% tal-udjenzi li jaraw it-tazza tad-dinja.

4% oħra wieġbu li jaraw il-logħob fuq Sky, u 1% biss qalu li ma jaraw xejn.

Iċ-ċifri jkomplu juru li TVM u TVM2 igawdu udjenzi qawwija fil-gruppi kollha tal-eta’: bil-persentagg jitla’ saħansitra sa 95% fil-grupp bejn il-45 u 60 sena.

Mhux biss: anke n-nisa qed jaraw il-logħob tat-tazza tad-dinja fuq l-istazzjonijiet tal-PBS.

Anzi: 90% tan-nisa li wieġbu l-istħarriġ qalu li jaraw il-logħob fuq tvm u tvm2: imqabbla ma’ 84% tal-irġiel.

Wieħed mill-fatturi ewlenin li wassal għall-għażla favur l-istazzjonijiet tal-PBS huwa l-kummentarju internazzjonali.

Raġuni oħra ewlenija li ssemmiet kienet li tvm u tvm2 urew il-partiti kollha.

L-istħarrig wera wkoll li l-maġġoranza assoluta tat-telespettaturi qed isegwu l-programm ta’ diskussjoni dwar it-tazza tad-dinja fuq l-istazzjonijiet tal-pbs: 51%: distakk enormi minn One TV u Rai li jsegwuhom biss 5%, u Net TV 2%.

Ta’ dan kollu ngħidu lilkom it-telespettaturi: GRAZZI.

Miktub minn...
Rodney Vassallo