Sport Lokali
Breakdance: Żewġ żgħażagħ Maltin jaslu sas-semi finali tal-Fluido Jam 2019

Break dance: F’Ateni żewġ żgħażagħ Maltin waslu sas-semi finali fil-kategoriji rispettivi tagħhom fil-kompetizzjoni internazzjonali Fluido Jam 2019.

Il-breakdaners Maltin Kyle Cassar u Lindsey Pisani irnexxielhom jaqbżu round wara round sabiex kważi għamulha għal finali fil-kategorija ta’ taħt l-14 -il sena. Huma kienu eliminati biss fis-semi finali.

Clarence Pulis ta’ 12 -il sena wkoll kiseb riżultat prestiġjuż meta kien eliminat biss fil-kwarti finali.

Il-Breakdancers l-oħra Maltin li kienu fil-Greċja Liston Bongailas, Elton Gialanze u Charlene Grange ħadu sehem ukoll fit-team event ma’ Cassar, Pisani u Pulis fis-6 versus 6 event fejn sfaw eliminati mit-team Olandiż fil-fażi tal-aħħar 16. Il-breakdancers Maltin jiffurmaw parti kollha mill-grupp Street Elements.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Lisa Marie Bezzina tejbet ir-rekord nazzjonali tagħha stess fin-nofs maratona li ġriet dalgħodu f’Sivilja, fi Spanja. Bezzina, rebbieħa ta’ żewġ Midalji tad-Deheb għal Malta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fil-Montenegro f’Ġunju li…

Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Żwiemel

Is-Sibt filgħaxija iż-żagħżugħ Jason Zahra ħa sehem fit-tazza Ewropeja tal-Amateurs fil-Korsa ta’ Vincennes Pariġi. Ħadu sehem ħmistax-il sewwieq minn pajjiżi differenti wara li kien hemm żiemel skraċċjat. Għal Zahra din…

Motorsport

Motorsport: Sar il-funeral tar-rider tal-muturi Paulo Goncalves li miet wara inċident fatali waqt l-edizzjoni ta’ din is-sena tad-Dakar Rally. Il-Funeral ta’ Goncalves li kellu 40 sena sar f’Gemeses il-Portugal illum….

Aktar