Breaking News – It-3 midalja tad-deheb għal Malta .. it-tieni waħda għal Kevin Moore

GSSE 2015_Iżlanda

L-atleta Malti Awstraljan Kevin Moore rebaħ il-midalja tad-deheb fl-atletika fil-finali tal-200 metru.

Huwa kiseb ħin ta’ 21.54sekondi, biex kiseb it-tieni deheb personali u t-tielet waħda għal Malta f’dawn il-logħob.

Kevin Moore kien diġa rebaħ deheb fil-final tal-400metru nhar il-Ħamis li għadda.

Id-deheb l-oħra ukoll waslet fl-Atletika minn Charlotte Wingfield fl-ewwel ġurnata ta’ din is-16-il edizzjoni tal-Logħob għall-pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa fl-Iżlanda.

Il-logħob jiġu fi tmiemhom fil-ħin li ġej biċ-ċerimonja tal-għeluq.

Miktub minn...
Rodney Vassallo