Sports Internazzjonali
Brendon Leigh fuq il-Mercedes ikompli jibbrilla fil-Formula 1 Esports

Is-sewwieqa tal-Mercedes kienu dominanti fil-kompetizzjoni tal-Formula 1 Esports f’Londra, ilbieraħ. Għall-kompetizzjoni tal-bieraħ kien hemm ukoll preżenti s-sewwieq tal-Formula 1 Jolyon Palmer u l-prinċipal tat-tim tar-Red Bull Christian Horner. Iż-żewġ sewwieqa tal-Mercedes, Brendon Leigh u Daniel Bereznay kienu l-aħjar, f’kompetizzjoni li fiha daħlu t-timijiet minn din is-sena.

F’Novembru tas-sena li għaddiet, Brendon Leigh ta’ 19-il sena rnexxielu jirbaħ il-kampjonat Esports f’Abu Dhabi, meta dakinhar kienu biss l-individwi li jtellqu kontra xulxin. S’issa, f’dan il-kampjonat, Leigh diġa’ rebaħ tnejn mit-tlett itlielaq u għandu vantaġġ komdu fil-quċċata. L-ewwel tellieqa tal-bieraħ irnexxielu jirbaħ bla nkwiet ta’ xejn, imma fit-tieni waħda kellu battibekk mas-sewwieq tat-Toro Rosso Frederik Rasmussmen għall-ewwel post, fejn anke dehru jmissu lil xulxin fuq it-track. Rasmussen kien jinsab fuq quddiemu, u malli Leigh prova jaqbżu, is-sewwieq tat-Toro Rosso għalaqlu t-triq tant li kien hemm kuntatt bejniethom. Leigh deher frustrat ħafna b’din il-mossa, u fi tmiem mimli tensjoni xorta waħda rnexxielu jidħol fl-ewwel post.

F’dan l-isport hemm disgħa mill-għaxar timijiet li jtellqu fil-Formula 1, kollha minbarra t-tim tal-Ferrari. Fis-17 ta’ Novembru, f’Londra, ser isiru t-tlielaq li jmiss tal-Formula 1 Esports.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Dgħajjes forma ta’ sriep tradizzjonali fl-Indja, serqu x-xena fis-66 edizzjonin tan-Nehru Trophy Boat Race li saret il-Ħadd li għadda, f’Kerala. F’din it-tellieqa, ġod-dgħajjes twal sa 35 metru, ikun hemm madwar…

Sports Internazzjonali

Sorpriża fl-ewwel jum tal-ATP World Tour Finals f’Londra hekk kif Roger Federer kien megħlub minn Kei Nishikori fl-ewwel logħba mill-grupp imsemmi Lleyton Hewitt. Roger Federer li għandu 37 sena qed…

Formula 1

F’Interlagos, il-Brażil, iċ-ċampjin Lewis Hamilton ġietu tajba biex rebaħ din it-tellieqa wara li Max Verstappen spiċċa ħabat ma’ Esteban Ocon u tilef sekondi preżżjuzi biex spiċċa fit-tieni post. Din kienet…

Formula 1

Lewis Hamilton kompla għaddej b’saħħtu minn fuq l-avversarji tiegħu … biex kiseb l-għaxar pole position tal-karriera tiegħu fil-Grand Prix tal-Brażil f’Interlagos … u il-mitt wahda tal-Mercedes. Il-provi kienu taqtiegha interessanti…

Aktar