Snooker
Brian Cini jirbaħ l-ewwel ranking tournament

Snooker

Il-Gimgħa filgħaxija fl-Akkademja tas-Snooker il-Ħamrun intgħlabet il-finali ta’ l-ewwel Ranking tournament ta’ dan l-istagun organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association.

Din il-finali li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet minn Brian Cini li għeleb lil Aaron Busuttil bil-punteġġ ta’ 5 frames għal 4.

Dawn huma l-skor ta’ kull frame, Cini l-ewwel :- 53-22 , 83-17, 36-73 , 63-39 , 16-94, 5-78 (53), 30-54, 130 (130)-0 u 105(61)-22.

Ir-referee kien Andrea Aquilina.

Fis-semi finali Brian Cini kien għeleb lil Chris Peplow bil-punteġġ ta’ 4-2, waqt li fis-semi finali l-oħra, Aaron Busutill għeleb lil Duncan Bezzina 4-0.

Din kienet it-tieni darba f’dan it-tournament li Brian Cini għamel break sabiħ ta’ 130.

Miktub minn...
Rodney Vassallo