Sparar
Brian Galea jirbaħ is-sitt MSSF Selection Shoot (Trap)

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret is-sitt MSSF Selection Shoot tat-Trap għal din is-sena.

Brian Galea ħareġ rebbieħ quddiem Emmanuel Bugeja u Gianluca Chetcuti.

Il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja u ttellgħet fuq jumejn. Is-Sibt kien hemm total ta’ 75 plattina, flimkien ma’ 50 plattina l-Ħadd u l-finali.

Ir-riżultati uffiċjali wara l-finali kienu:
1. Brian Galea 48/50
2. Emmanuel Bugeja 46/50
3. Gianluca Chetcuti 33/40
4. William Chetcuti 27/35
5. George Mifsud 22/30
6. James Galea Jr. 19/25

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA