Sparar
Brian Galea jirbaħ l-MSSF Selection Shoot tat-Trap

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet Brian Galea rebaħ il-ħames MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021.

William Chetcuti spiċċa fit-tieni post filwaqt li James Galea Jr. spiċċa t-tielet.

Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges Nazzjonali f’Ta’ Kandja, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt finalisti kienu: Emmanuel Bugeja b’total ta’ 118/125; Brian Galea 117/125 +6 shoot off; William Chetcuti 117/125 +5 shoot off; James Galea Jr. 116/125 +4 shoot off; Gianluca Chetcuti 116/125 +3 shoot off; u Rennie Deguara 114/125 +5 shoot off.

Ir-riżultat uffiċjali wara l-finali kien:

1. Brian Galea 48/50
2. William Chetcuti 42/50
3. James Galea Jr. 32/40
4. Emmanuel Bugeja 27/35
5. Gianluca Chetcuti 23/30
6. Rennie Deguara 17/25

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA