Brian Spiteri u Vittoriosa jaqbdu toroq differenti

It-Team tal-Ewwel Diviżjoni Vittoriosa Stars ħabbar li l-coach tagħhom Brain Spiteri mhux se jibqa’ jmexxi lit-team fl-ewwel diviżjoni. Il-Club qal li d-deċiżjoni kienet maqbula miż-żewġ naħat il-bieraħ filgħaxija. Spiteri kien ilu taħt pressjoni dan l-istaġun wara bidu pjuttost kalman għat-team mill-Kottonera u d-draw ta’ tmiem il-ġimgħa 3-3 kontra Birżebbugia kienet il-logħa li uriet biċ-ċar li ż-żewġ naħat ma jistgħux ikomplu jaħdmu flimkien. Vittoriosa bħalissa għandhom 16 -il punt u jinsabu fis-6 post fil-klassifika tal-ewwel diviżjoni. Sakemm jaħtru coach ġdid Robert Cassar ġie maħtur caretaker coach.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa se jkun hawn f’Malta l-Kap tar-Referees tal-Belġju Johan Verbist,  li huwa wkoll il-persuna responsabbli mis-sistema tal-VAR fil-pajjiż. Il-Belġju kien wieħed mill-ewwel pajjiżi li ntroduċa s-sistema tal-VAR…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ital-futbol tan-nisa, ittella fi Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2021, li se jsiru fl-Ingilterra. Fil-Grupp ta’ Malta, hemm l-Italja, id-Danimarka, il-Bożnija u Herzegovina, l-Iżrael u l-Ġorġja….

Futbol lokali

Felipe Augusto de Oliveira ta’ Kerċem Ajax huwa l-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal Jannar 2019. L-attakkant Brażiljan ingħaqad ma’ Kerċem fil-bidu tal-istaġun u minbarra li skorja f’7 partiti minn 11, huwa jgħin…

Futbol lokali

Il-plejers u membri tal-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol, dalgħodu għamlu ġest ta’ kuraġġ għal Jurgen Degabriele, l-attakkant ta’ Hibernians FC li weġġa’ fil-partita tas-Sibt li għadda mill-Kampjonat BOV Premier…

Aktar