Oħrajn
Brisbane resqet pass eqreb li tospita l-Olimpjadi 2032

Il-Kumitat Olimpiku Awstraljan u l-istat ta’ Queensland ħadu ferħa kbira wara li l-belt ta’ Brisbane resqet pass eqreb li tospita l-Olimpjadi 2032.

Ilbieraħ, il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kkonferma li l-belt Awstraljana kienet magħżula bħala l-ewwel preferenza sabiex jibdew id-diskussjonijiet dwar il-Logħob Olimpiku ta’ ħdax-il sena oħra.

Minbarra Brisbane, kien hemm bliet u pajjiżi oħra li wrew l-interess tagħhom li jospitaw il-logħob, fosthom l-Indoneżja, Budapest, iċ-Ċina, Doha, kif ukoll il-belt ta’ Ruhr fil-Ġermanja.

Jidher li Brisbane kienet l-ewwel preferenza għaliex diġà hemm numru ta’ faċilitajiet lesti, u l-pjan tal-Awstraljani kien l-aktar wieħed li laqat lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

L-istat ta’ Queensland kien ospita l-Logħob tal-Commonwealth tliet snin ilu.

Miktub minn...
TVM Sport