Oħrajn
Brisbane se tospita l-Olimpjadi tal-2032

L-Awstralja tinsab f’ċelebrazzjoni sħiħa hekk kif il-belt ta’ Brisbane kienet ikkonfermata li se tospita l-Olimpjadi tas-sajf tal-2032.

Mijiet ta’ ċittadini fi Brisbane raw din l-aħbar fuq big screen fil-pjazza South Bank tal-belt tagħhom stess u nfexxew f’dillirju ta’ ferħ hekk kif ħarġet l-aħbar.

L-Awstralja saru t-tieni pajjiż wara l-Istati Uniti li fl-Istorja se jkunu qed jospitaw l-Olimpjadi fi tlett ibliet differenti.

Melbourne u Sydney kienu ospitaw l-Olimpjadi tal-1956 u l-2000, rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport