Motorsport
Bubba Wallace jirbaħ l-ewwel tellieqa tan-NASCAR

Bubba Wallace rebaħ l-ewwel tellieqa tan-NASCAR fil-karriera tiegħu hekk kif ilbieraħ filgħaxija kkompeta fil-kumpless ta’ Alabama.

Hekk kif Wallace ikkompeta bil-karozza numru 23, hu kien qed iżomm distakk tajjeb fuq l-eqreb rivali tiegħu meta kien wasal fil-113-il dawra.

Sadanittant din it-tellieqa kienet effettwata sew mill-maltemp hekk kif l-ewwel ġiet posposta mid-data oriġinali tagħha tal-Ħadd sabiex saret it-Tnejn. Aktar tard, din l-istess tellieqa kienet imqassra għal 117-il dawra minħabba x-xita li baqgħet nieżla bla waqfien.

Finalment l-eks plejer leġġendarju tal-basketball Michael Jordan għandu parti mis-sehem f’dan is-suċċess ta’ Wallace hekk kif iffinanzja parti mill-ispejjeż sabiex inxtrat din il-karozza rebbieħa.

Miktub minn...
TVM Sport