Futbol internazzjonali
Buffon ma jistax jilħaq ir-rekord…Maldini se jibqa’ l-aktar plejer fl-istorja li lagħab fis-Serie A

Gianluigi Buffon mhux se jkun jista jilħaq ir-rekord tal-aktar plejer fl-istorja tas-Serie A li lagħab partiti.

U dan minħabba l-fatt li llum ħarġet l-aħbar li l-ex numru wieħed tat-tim nazzjonali Taljan se jibqa’ barra għal tal-inqas il-partita tal-kampjonat li jmiss kontra Genoa.

Jekk Buffon jilgħab il-partiti kollha li fadal fil-kampjonat sa tmiem l-istaġun xorta ma jkunx biżżejjed biex jaqbeż lil Paolo Maldini, leġġenda tal-futbol Taljan u ta’ AC Milan.

Buffon, sal-lum lagħab 629 partita fil-karriera tiegħu fis-Serie A iżda Maldini lagħab 647 partita, 18 aktar. Għal tmiem il-kampjonat fadal 18-il partita u billi mhux se jilgħab il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa, Buffon mhux se jkun jista’ jilħaq lill-ex stilla ta’ AC Milan.

Buffon ilu barra minħabba injury għal dawn l-aħħar ġimgħat. Hu lagħab l-aħħar fir-rebħa ta’ Juventus barra minn darhom kontra Napoli fi Stadio San Paolo fl-1 ta’ Diċembru li għadda.

Postu bejn il-lasti ta’ Juventus ħadu Wojciech Szczesny, gowlkiper nazzjonali tal-Polonja li s’issa kellu wirjiet tajba ħafna.

Gianluigi Buffon qal kemm-il darba li dan se jkun l-aħħar staġun tiegħu fil-karriera u lest jilgħab staġun ieħor jekk Juventus jirnexxielhom jirbħu l-UEFA Champions League f’Mejju li ġej.

 

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Lionell Messi, il-plejer tal-Arġentina u ta’ Barcelona, rebaħ l-unur tal-‘Golden Shoe’. Dan l-unur jintrebaħ mill-aktar plejer li jiskurja gowls fl-Ewropa, f’kampjonati professjonali. Messi skurja 34 gowl f’La Liga fl-istaġun li…

Futbol internazzjonali

Juergenb Klopp, il-Manager ta’ Liverpool, sejjaħ lil Jose Mourinho, “Manager formidabbli.” L-ex Manager ta’ Manchester United tkeċċa dalgħodu mill-kariga tiegħu wara sentejn u nofs. Ir-Red Devils iridu jħallsu lil Mourinho…

Futbol internazzjonali

Inkredibbli imma vera! Ma temminx kif dan il-ballun ma daħalx fix-xibka u kif meta tim ma tkunx ġurnata tiegħu, ma jiskurja qatt. Taħwida quddiem il-lasti f’partita tal-FA Trophy fl-Ingilterra bejn…

Futbol internazzjonali

Jose Mourinho, il-Manager ta’ Manchester United, tkeċċa mill-kariga tiegħu ftit tal-minuti ilu. L-aħbar bdiet tidher fis-siti kollha sportivi madwar l-Ewropa, b’mod speċjali fl-Ingilterra. Stqarrija tal-klabb tgħid li “Manchester United jirringrazzjaw…

Aktar