Futbol internazzjonali
Bundesliga: Bayern Munich bl-ewwel rebħa tal-istaġun

Bundesliga, fost il-logħbiet tal-bieraħ mit-tieni ġurnata tispikka r-rebħa ta’ 3-0 ta’ Bayern Munich barra minn darhom għand Shalke fil-VELTINS-Arena.
Il-protagonista għal Bayern Munich f’dan il-konfront kien Robert Levandovski li skorja hat trick. Il-goal tal-vantaġġ wasal fl-20minuta meta mar u kkonverta minn penalty. It-tieni goal ta’ Bayern wasal mill-istess Levandovski ħames minuti mil-ftuħ tat-tieni taqsima, sabiex Levandovski għaqqad il-hat trick personali fil-75minuta għal skor finali ta’ 3-0. Din kienet l-ewwel rebħa staġonali ta’ Bayern Munich wara li fl-ewwel logħba huma kienu ġew draw ta’ 2-2 kontra Herta Berlin.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-Brażil: Inkwiet kbir fl-aħħar partita tal-kampjonat Brażiljan tat-tim ta’ Cruzeiro fejn kellha tiġi sospiża wara li partitarji qalgħu s-seats kollha li kien hemm fil-viċinanzi tagħhom u tefgħuhom lejn il-plejers fil-pitch…

Futbol internazzjonali

Bologna 2   Milan 3 Rebħa importanti għal Milan kontra Bologna biex telgħu ftit aktar ‘il fuq fil-klassifika meta barra minn darhom rebħu 3-2. Milan marru minn fuq wara kwarta mill-penalty…

Futbol internazzjonali

Parma 2   Frosinone 1 Parma ħallew sal-aħħar sekondi biex għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta kontra t-tim tas-Serie B, Frosinone, huma rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Parma minn fuq fl-20…

Futbol internazzjonali

Il-Ħamis filgħaxija Everton keċċew lill-manager Marco Silva, inqas minn 24 siegħa mit-telfa fid-derby ta’ Merseyside kontra Liverpool. Bit-telfa kontra Liverpool, Everton waqgħu fiż-żona tar-relegazzjoni u bħalissa jinsabu t-tielet mill-aħħar. Marco…

Aktar