Futbol internazzjonali
Bundesliga – Bellezza ta’ gowl mill-Ingliż Bellingham f’rebħa għal Dortmund.. rebħa kbira għal Bayern

Bundesliga, Robert Lewandowski reġa sab ix-xibka għal Bayern Munich f’rebħa oħra formalita, 4-0 f’darhom din id-darba fuq Hoffenheim.

Rebħa li biha żammew il-quċċata punt fuq Dortmund.

Mingħajr il-kowċ Julian Nagelsmann fuq il-bank kwarantina jirkupra mill-COVID-19, Serge Gnabry fetaħ l-iskor mal-kwarta logħob, ftit wara bellezza minn Lewandowski bl-għaxar gowl tiegħu s’issa dan l-istaġun fil-Kampjonat.

Huma ssiġillaw is-suċċess b’gowls tard fil-partita minn Eric Choupo-Moting u Kingsley Coman għal rebħa ta’ 4-0.

U rebħa komda 3-1 għal Dortmund għand Arminia Bielefeld b’penalty minn Emre Can, Mats Hummels u ġmiel ta’ goal miż-żagħżugħ Ingliż Jude Bellingham jagħmlu x-xogħol fl-attakk u jsibu x-xibka fin-nuqqas tal-imweġġa Erling Haaland li se jdum barra diversi ġimgħat.

Penlaty tard fil-partita skurjat minn Fabian Klos kien ftit wisq għal Arminia li baqgħu fin-naħat t’isfel tal-klassifika b’ħames punti biss.

Miktub minn...
Rodney Vassallo