Futbol internazzjonali
Bundesliga: Borussia Moenchengladbach iżommu posthom fl-ewwel post

Bundesliga: Borussia Moenchengladbach żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika meta għelbu lil Freiburg bl-iskor ta’ 4-2 f’logħba mimlija gowls u kontroversji. Il-protagonist tal-partita kien l-attakkant ta’ Bourssia Moenchengladbach Breel Embolo fejn skorja doppjetta, ta assist u falla penalty.

Il-partita kellha bidu eċitanti fejn fit-3 minuta Moenchengladbach marru fil-vantaġġ permezz ta’ Marcus Thuram b’Jonathan Schmid iġib id-draw għal Freiburg permezz ta’ free kick. Ftit wara Breel Embolo reġa’ skurja bil-gowl din id-darba jkun imħassar għall-offside. Borussia Moenchengladbach reġgħu resqu viċin li jiskorjaw permezz ta’ Marcus Thuram bix-xutt tiegħu jolqot il-lasta.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Moenchengladbach ħarġu mal-ewwel fuq l-offensiva u marrru fil-vantaġġ fis-46 minuta permezz tal-attakkant Svizzeru Breel Imbolo, żewġ minuti wara l-istess plejer falla penalty. Fil-51 minuta wasal t-tielet gowl ta’ Moenchengladbach fejn din id-darba Embolo qassam ballun preċiż lil Patrick Herrmann bil-Ġermaniż jitfa’ fix-xibka għal 3-1.

Freiburg wettqu reazzjoni immedjata u naqsu d-distakk ftit wara permezz ta’ Lucas Hoeler b’Moenchengladbach jissiġillaw ir-rebħa fil-71 minuta permezz ta’ Embolo.

B’hekk fi tmiem it-tlettax -il ġurnata Borussia Moenchengladbach jinsabu fl-ewwel post bi 28 punt, isegwuhom fit-tieni post RB Leipzig b’27 punt.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Beppe Marotta kkonferma li Inter huma interessati li jakkwistaw lill-plejer ta’ Chelsea, Victor Moses. Skont Gianluca Di Marzio, Chelsea taw permess lil Inter ikellmu lil Moses li bħalissa jinsab misluf…

Futbol internazzjonali

Serie A Juventus 2   Parma 1 Juventus fetħu 4 punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika meta fil-posticipo għelbu lil Parma 2-1 b’doppjetta ta’ Cristiano Ronaldo. Il-Portugiż fetaħ l-iskor żewġ minuti minn tmiem…

Futbol internazzjonali

Premier League Ingliż: Żewġ partiti llum bit-tieni waħda tkun dik l-aktar mistennija f’Anfield bejn Liverpool u Manchester United. Liverpool għelbu lil Manchester United fil-partita tal-ġurnata f’Anfield bi skor ta’ 2-0….

Futbol internazzjonali

Kampjonat Taljan, Serie A: Partiti li ntlagħbu llum wara nofsinhar. Rebħa drammatika għal Milan kontra Udinese bi skor ta’ 3-2. Il Friullani fil-vantaġġ b’gowl ta’ Larsen wara 6 minuti. Milan…

Aktar