Futbol internazzjonali
Bundesliga: l-Aġenti tal-players tħallsu €205 miljuni fl-2019

Il-Federazzjoni tal-Football tal-Ġermanja d-DFB qalet li matul is-sena 2019 il-Clubs tal-Bundesliga ħallsu xejn inqas minn €205 miljuni lill-aġenti u intermedjarji oħra tal-players biex jiċaqalqu minn Club għall-ieħor. Din iċ-ċifra hi bbażata fuq tranżizzjonijiet ta’ aġenti uffiċjali li jkunu dikjarati u teskludi flus li jgħaddu b’negozju ta’ players mhux dikjarat. Fost l-iktar li ħallsu aġenti fl-2019 kien hemm Borussia Dortmund li ħallsu €44 miljun, segwiti minn Bayern Munich li ħallsu €30 miljun. Minħabba s-sitwazzjoni preżenti madwar id-Dinja li se taffettwa wkoll il-futbol internazzjonali din iċ-ċifra taf tkun ferm inqas tul is-sena 2020.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.