Futbol internazzjonali
Bundesliga: RB Leipzig lura fit-tielet post b’rebħa fuq FC Koln

FC Koln 2   RB Leipzig 4

RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’rebħa barra minn darhom għand FC Koln bl-iskor ta’ 4-2. Meta fadal ħames logħbiet għal tmiem il-kampjonat, RB Leipzig għadhom qed jisfidaw għal post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej, u għalkemm għadhom b’ċans ħafif għall-kampjonat, kulma jmur dan qiegħed isir aktar diffiċli minħabba l-forma ta’ Bayern Munich.

Kienu FC Koln li marru minn fuq wara biss seba’ minuti b’gowl ta’ Jhon Cordoba, imma mal-20 minuta Patrick Schick għamel l-iskor indaqs għal Leipzig. Fit-38 minuta RB Leipzig marru fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-logħba bil-gowl ta’ Christopher Nkunku.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kellu jkun l-assist tal-goalkeeper Gulasci li wassal lil Timo Werner biex skorja t-tielet għal Leipzig, b’Anthony Modeste jnaqqas id-distakk għal FC Koln fil-55 minuta. U għalkemm forsi Koln ħasbu li setgħu jisfurzaw għad-draw, żewġ minuti wara Dani Olmo skorja r-raba’ għal Leipzig u għalaq il-logħba.

B’din ir-rebħa RB Leipzig irritornaw fit-tielet post tal-klassifika b’58 punt, żewġ punti wara Borussia Dortmund u disgħa ‘l bogħod minn Bayern Munich li jinsabu l-ewwel.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Stennija kbira fi Spanja llum għaliex illejla jista’ jkun hemm tim rebbieħ f’La Liga. Meta fadal żewġ logħbiet għal tmiem l-istaġun Real Madrid jinsabu b’4 punti distakk minn Barcelona u…

Futbol internazzjonali

Sassuolo 3   Juventus 3 Sassuolo żammew draw lil Juventus f’darhom biex b’hekk it-tim ta’ La Vecchia Signora għandu distakk ta’ 7 punti fil-quċċata tal-klassifika, vantaġġ pjuttost komdu meta fadal ħames…

Futbol internazzjonali

Arsenal 2   Liverpool 1 Fl-Emirates Stadium Arsenal ħarġu rebbieħa fuq iċ-champions Liverpool bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk ir-Reds ma jistgħux jilħqu r-rekord li kienu waqqfu Manchester City, dak li jilħqu…

Futbol internazzjonali

Fl-Italja, l-President ta’ Lazio, Claudio Lotito, qal li f’dawn il-jiem kien qed jikkunsidra sabiex jibgħat lill-players tiegħu għal irtir twil wara r-riżultati negattivi li kellu t-team fis-Serie A Lazio tilfu…

Aktar