Futbol internazzjonali
Bundesliga: Werder Bremen isalvaw, Monchengladbach fil-UEFA Champions League u Bayern jiskurjaw il-100 gowl tal-kampjonat

Werder Bremen salvaw posthom fl-ogħla kampjonat Ġermaniż fl-aħħar ġurnata li ntlagħbet ilbieraħ. Borussia Monchengladbach temmew fir-raba’ post u daħlu fil-UEFA Champions League mentri Bayern Munich skurjaw il-100 gowl tagħhom fir-rebħa ta’ 4-0 tal-bieraħ barra minn darhom kontra Wolfsburg.

Werder Bremen kellhom rebħa kbira f’darhom kontra Cologne bi skor ta’ 6-1 biex qabżu lil Fortuna Dusseldorf fis-16-il post u issa se jilagħbu r-relegation play-off.

Monchengladbach għelbu lil Hertha Berlin bi skor ta’ 2-1.

Sadanittant, Borussia Dortmund kellhom telfa kbira f’darhom kontra Hoffenheim bi skor ta’ 4-0. L-erba’ gowls skurjahom Andrej Kramaric.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Futbol internazzjonali

Atalanta 2   Napoli 0 Atalanta baqgħu għaddejjin mill-forma pożittiva tagħhom meta laqgħu lil Napoli u rebħulhom 2-0 biex issa kważi ċerti minn post fiċ-Champions League fl-istaġun li ġej. Il-gowls kienu…

Aktar