Busuttil: Nirringrazzja lill-players, il-kowċ u dawk li ġew jarawna fil-maltemp

L-Għada tar-rebħa tat-team Nazzjonali Malti tar-Rugby Union TVM Sports għamel kuntatt mal-President tal-MRFU Steve Busuttil fejn dan wera l-apprezament tiegħu lejn il-players kollha u l-kowċ Damien Neil tal-wirja impekkabbli tal-bieraħ fir-rebħa kontra Ċipru 31 għal 3.

Busuttil qal wara żewġ rebħiet f’dan il-grupp minn żewġ logħbiet Malta qed tillidja il-Grupp Conference South 1 u kollox jindika li l-aħħar żewġ logħbiet tas-sena d-dieħla f’April se jkunu determinanti għal-klassifika finali.

Il-President tal-MRFU irringrazzja lill-publiku sportiv li minkejja f’temp xejn favorevoli xorta attenda fil-Hiberbians Stadium u ssapportja lit-team Malti. L-aħħar żewġ logħbiet tal-grupp ikunu kontra Iżrael home u kontra l-Kroazja f’Zagreb.

Miktub minn...
TVM Sport
.