Futbol internazzjonali
CAF: L-Eġittu se jospitaw it-Tazza tal-Afrika f’Ġunju li ġej

L-Eġittu se jospitaw it-Tazza tal-Afrika tan-Nazzjonijiet 2019.

Din l-aħbar għamluha uffiċjali l-Konfederazzjoni tal-Futbol tal-Afrika fis-sigħat li għaddew.

L-Eġittu għelbu lill-Afrika t’Isfel, li kienu l-kompetituri l-oħra biex jirbħu din il-bid b’vot b’saħħtu ta’ 16 għal 1 u astensjoni waħda.

Il-vot sar fil-Kumitat Eżekuttiv tal-CAF li sar fis-Senegal.

Il-Kamerun ma tħallewx imorru għall-vot finali f’Novembru li għadda minħabba li m’humiex preparati biżżejjed.

L-Eġittu għandhom sitt xhur biex iħejju għal din il-kompetizzjoni finali li tilqa’ 24 tim u tibda f’Ġunju li ġej.

Din se tkun il-ħames darba li l-Eġittu se jospitaw dan it-tournament, bl-aħħar darba tkun fl-2006, meta rebħu din il-kompetizzjoni.

Miktub minn...
TVM Sport