Futbol internazzjonali
Cagliari lura fir-raba’ post b’rebħa fuq Sampdoria

Cagliari 4   Sampdoria 3

Cagliari rritornaw fir-raba’ post tal-klassifika wara li t-Tnejn filgħaxija għelbu lil Sampdoria 4-3. Kienu Sampdoria li fetħu l-iskor fit-38 minuta b’penalty ta’ Quagliarella u hekk baqgħu sa tmiem l-ewwel taqsima. Mat-52 minuta Sampdoria żiedu ieħor din id-darba permezz ta’ Ramirez, imma Nainggolan naqqas id-distakk 20 minuta mit-tmiem. Sampdoria għamluhom tlieta minuta wara meta Quagliarella skorja doppjetta personali, imma Joao Pedro b’żewġ gowls f’żewġ minuti għamel l-iskor indaqs sas-76 minuta. Il-logħba dehret destinata għal draw, imma s-sostitut Cerri li daħal fil-grawnd fit-tielet minuta fuq il-ħin regolamentari rnexxilu jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Cagliari tliet minuti wara u rebħu bl-iskor ta’ 4-3.

Coppa Italia

It-Tlieta filgħaxija jibda r-Round tas-16 fil-Coppa Italia bi tliet logħbiet, bil-ħames logħbiet l-oħra jintlagħbu l-Erbgħa.

15:00 Cremonese – Empoli

18:00 Genoa – Ascoli

21:00 Fiorentina – Cittadella

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Wolves 1   Manchester City 3 Rebħa għal Manchester City fil-Molineux Stadium meta marru għand Wolves u rebħulhom 3-1. Is-City fetħu żewġ gowls vantaġġ sa tmiem l-ewwel taqsima, b’De Bruyne jiskorja…

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Aktar