Calleja Cremona jevalwa l-possibilitajiet kollha. Cruciate għal Pisani

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-Goalkeeper ta’ Floriana Matthew Calleja Cremona f’dawn il-jiem qed jikkunsidra l-possibilitajiet kollha jekk jirritornax qabel fl-azzjoni jew jistenna iktar żmien u jirritorna għal-logħob wara li jkun irkupra totalment f’Jannar 2016.

Calleja Cremona għamel intervent fix-xedaq wara li weġġa’ f’logħba fil-kampjonat u ġie ordnat jistrieħ għall-inqas ħames ġimgħat iżda meta TVM Sport tkellem mal-player hu qal li qed iħossu tajjeb u jista’ jibda jittrenja.

“Ninsab tajjeb għandi ftit muġugħ issa allura nistenna ftit tal-jiem oħra u nara jekk nilgħabx kontra Naxxar u St Andrews fl-aħħar żewġ logħbiet tal-kampjonat tas-sena jew inkella naqbiżhom u nirritorna fl-azzjoni f’Jannar” qal il-goalkeeper eks Pembroke.

L-Indikazzjonijiet huma li hu mhux se jkun l-anqas fuq il-bank tas-sostituti l-Erbgħa fil-logħba tat-Trophy kontra St Lawrence Spurs F.C.  li se ssir fil-Victor Tedesco Stadium.

Intant il-players ta’ Floriana l-bieraħ ħarġu banner żgħir b’messaġġ ta’ kuraġġ u awgurju ta’ fejqan ta’ malajr kemm lil Matthew Calleja Cremona kif ukoll lil Jurgen Pisani dan tal-aħħar weġġa’ fil-logħba kontra Hibs u se jkollu jagħmel l-operazzjoni tal-Cruciate u allura staġun mitmum għal dan il-player li l-Greens kienu xtraw għal kollox mingħand Pieta’ H.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.