Futbol lokali
Calleja Cremona ma’ St.Andrews.. Tarxien Rainbows jiksbu midfielder avvanzat Brażiljan

RAPPORT – Rodney Vassallo

St.Andrews akkwistaw lill-goalkeeper Matthew Calleja Cremona.
Matthew iffirma kuntratt ta’ tliet snin mal-klabb il-ġdid tiegħu wara li fil-passat lagħab ma’ Floriana u l-istagun li ghadda lura ma’ Pembroke Athleta.
L-akkwist ta’ Calleja Cremona jkompli jindika li ż-żagħżugħ promettenti Jake Galea mistenni jħalli lil St.Andrews.
Ħamrun Spartans li ukoll kienu nteressati f’Calleja Cremona kif ukoll Balzan huma l-aktar żewg klabbs interessati f’Galea li aktar probabbli li jiċċaqlaq fil-jiem li ġejjin
Ricardinho Faria huwa l-aħħar akkwist ta’ Tarxien Rainbows FC.

Ricardinho huwa attacking midfielder Brażiljan li fil-passat kien ukoll ma’ Mosta FC.
Sadanitant Tarxien se jagħtu kuntratt ġdid liż-żewġ żgħażagħ tagħhom Luke Zahra​ u Andrew Agius, waqt li kisbu l-firma ta’ Arsene Cini ta’ 19-il sena li għadu kemm ħa r-release mingħand Sliema Wanderers FC.
Dan l-istaġun attenzjoni ukoll lis-settur taż-żgħażagħ bil-kowċ il-ġdid tal-Youths Brian Chetcuti li ngħata l-mira ukoll li jgħin lit-team tal-Youths jikseb il-promozzjoni minn Sezzjoni Ċ għal Sezzjoni B.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MAFA 2018/19 Versity AFC qabżu fl-ewwel post tal-klassifika tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA meta b’wirja ferm konvinċenti huma għelbu lil Naxxar Victorians bl-iskor ta’ 3-0. Min-naħa l-oħra San Ġiljan Saints kisbu…

Futbol lokali

Wara telfa minima u draw, tasal ukoll ir-rebħa għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew tal-kategorija. Ir-rebħa ta’ 2-1 ġiet fl-aħħar logħba tal-grupp kontra l-Litwanja:…

Aktar