Olimpijadi TOKYO 2020
Carla Scicluna tgħaddi mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni fil-100m tal-atletika

Kmieni dalgħodu, fl-Olimpjadi ta’ Tokjo, daħlet fl-azzjoni l-atleta Maltija Carla Scicluna li ħadet sehem fil-100 metru tal-atletika. L-ewwel tellieqa li kkompetiet fiha kienet waħda ta’ kwalifika, fejn l-ewwel tliet atleti, flimkien ma’ min jagħmel ir-raba’ l-aħjar ħin, jgħaddi għall-ewwel rawnd.

Carla bdiet tajjeb ħafna tant li marret għal ftit sekondi fuq quddiem, u rnexxielha tispiċċa fir-raba’ post b’ħin ta’ 12.11 sekondi u b’hekk għaddiet għall-ewwel rawnd.

Fit-tellieqa li saret ftit tal-ħin wara, tal-ewwel rawnd, Carla Scicluna kellha sfida aktar iebsa u spiċċat fit-tmien post b’ħin ta’ 12.16 sekondi. Dan il-ħin kien 0.05 sekondi aktar mill-ewwel heat li ħadet sehem fiha.

B’hekk ġiet fi tmiemha l-ewwel esperjenza ta’ Carla Scicluna f’Olimpjadi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA