Futbol internazzjonali
Carlo Ancelotti jitressaq fil-Qorti akkużat bi frodi u evażjoni ta’ taxxa

Il-kowċ ta’ Real Madrid, Carlo Ancelotti, tressaq fil-Qorti ta’ Madrid akkużat bi frodi u evażjoni ta’ taxxa.

L-ex kowċ ta’ Everton kien akkużat mill-Prosekuturi ta’ Madrid lura f’Ġunju tal-2000, li evada mal-miljun ewro f’taxxa ta’ flus li daħħal mid-drittijiet tal-immaġini tiegħu fi żmien li kien kowċ ta’ Real Madrid fl-2014 u l-2015.

Fil-karriera tiegħu, Ancelotti lagħab 26 darba mal-Italja u rebaħ il-UEFA Champions League tliet darbiet fil-kariga ta’ kowċ, darbtejn ma’ Milan u darba mal-istess Real Madrid.

Miktub minn...
TVM Sport