Futbol internazzjonali
Carlo Ancelotti viċin Real Madrid

Il-manager ta’ Everton, Carlo Ancelotti, jinsab viċin ħafna li jingħaqad ma’ Real Madrid minflok Zinedine Zidane.

Dawn ir-rapporti ħarġet bihom il-media Spanjola.

Ancelotti kien diġà kowċ ta’ Real Madrid bejn l-2013 u l-2015 fejn magħhom rebaħ il-UEFA Champions League, il-Copa Del Rey, il-Club World Cup u l-European Super Cup.

Wara Real Madrid, Ancelotti kien inħatar kowċ ta’ Bayern Munich u Napoli qabel ingħaqad ma’ Everton.

Everton spiċċaw fl-10 post il-Premier League Ingliż fl-istaġun li għadda.

 

Miktub minn...
TVM Sport