Futbol internazzjonali
Carlos Queiroz jinħatar kowċ tat-tim nazzjonali tal-Eġittu

Il-Portugiż, Carlos Queiroz, inħatar kowċ nazzjonali tal-Eġittu.

Fl-ewwel kelmtejn li qal, Queiroz wiegħed tim nazzjonali tal-Eġittu li jikkompeti sew f’kull livell.

Queiroz se jkun il-kowċ nazzjonali li se jmexxi lill-Eġittu fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.

Il-federazzjoni tal-futbol Eġizzjana ma tagħat l-ebda dettalji tal-kuntratt tal-Portugiż li llum għandu 68 sena.

L-Eġittu huma s-sitt tim nazzjonali li se jkun qed jikkwoċja Queiroz, wara li s-sena li għaddiet irriżenja minn kowċ nazzjonali tal-Kolombja.

Hu kkowċja wkoll darbtejn lil Portugall, lill-Emirati Għarab Magħquda, l-Afrika t’Isfel u l-Iran.

Miktub minn...
TVM Sport