Futbol internazzjonali
Carragher jobżoq lill-familja f’karozza wara t-telfa ta’ Liverpool u jkun sospiż minn Sky Sport

L-Eks player Internazzjonali ingliż u eks player ta’ Liverpool Jamie Carragher jinsab fiċ-ċentru ta’ kontroversja hekk kif kien iffilmjat jobżoq minn ġol-karozza tiegħu lejn karozza oħra li fiha kien hemm allegatament partitarji ta’ Manchester United li bdew jizzikawh għal diversi drabi.

Fil-filmat Carragher jidher jobżoq fil-karozza li kienet qed tinstaq bisiet tiegħu u wara li raġel instema’ jgħid “Jamie, Jamie 2-1, 2-1 Jamie” u beżaq fid-direzzjoni tal-karozza li fiha jidher kien hemm familja sħiħa inkluż tifla ta’ 14 -il sena. L-inċident seħħ wara r-rebħa ta’ Manchester United fuq Liverpool tas-Sibt li għadda.

Wara dan l-inċident Carragher kien sospiż minn Sky Sport u għalissa mhux se jitħalla jagħmel ebda kummentarju tekniku ta’ ebda logħba u l-anqas mhux se jitħalla jidher f’ebda programm sportiv ta’ Sky Sport.

F’intervista fuq l-istazzjon Sky News Carragher ametta li żbalja u talab skuża għal għemilu. Hu qal li ċempel ukoll lil din il-familja u talab apoloġija formali.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Is-Sibt fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar minn Grupp Ġ, il-Belġju tkun mistennija tikkwalifika jekk tikseb tliet punti u tegħleb lit-Tuneżija fl-ISpartak Stadium. Il-kowċ Belġjan Roberto Martinezż u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja 2018 Grupp E f’St.Petersburg Brażil ………….. 2 Kosta Rika …… 0 Żewġ goals fil-ħin miżjud taw l-ewwel rebħa lil Brażil f’din it-Tazza tad-Dinja meta f’logħba ferm iktar diffiċli…

Aktar