Serie A – Catania, Bologna u Livorno relegati – Juventus jirbħu f’Ruma fil-95 minuta

Ġurnata minn tmiem is-Serie A, deċiża n-naħa t’isfel tal-klassifika.

Inutli r-rebħa li Catania kisbu bl-iskor ta’ 2-1 fid-Dall Ara għand Bologna, biż-żewġ timijiet li l-istaġun li ġej se jilgħabu fis-serje cadetta.

Catania fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima minn Luciano Monzon, biex wara li Archimede Morleo ġab id-draw temporanju għal Bologna, l-gowl tar-rebħa għall-Isqallin wasal lejn it-tmiem minn Gonzalo Bergessio.

Relegati ukoll Livorno wara telfa f’darhom ta’ 1-0 kontra l-ġirien minn Toscana, Fiorentina.

Gowl tar-rebħa ghal Vjola minn Juan Cuadrado ftit qabel is-siegħa logħob.

Sassuolo għal diversi ġimgħat kienu l-aħħar, madankollu b’mod mirakoluż żammew posthom fl-ogħla diviżjoni wara li għelbu lil Genoa bl-iskor ta’ 4-2.

L-eroj tagħhom kien l-attakant, eks tal-partita, Antonio Floro Flores awtur ta’ doppjetta, gowls għal Genoa minn Emanuele Calaio u Cabral.

Salvi ukoll Chievo li għelbu barra minn darhom lil Cagliari b’gowl uniku skurjat f’nofs it-tieni taqsima minn Dario Dainelli.

Daqqa ta’ ħarta kbira għal Milan fl-aspirazzjonijiet li jikkwalifikaw ghal UEFA Europa League, wara telfa ta’ 2-1 għand il-ġirien Atalanta.

Milan fil-vantaġġ b’awtogowl ta’ Gianpaolo Bellini, biex il-Bergamaschi għamlu reazzjoni, u b’penalti ta’ German Denis, u ġmiel ta’ gowl ta’ Franco Brienza erba minuti fuq il-ħin kisbu rebħa inutli.

Draw ta’ 1-1 bejn Torino u Parma.

Granata fil-vantaġġ minn Ciro Immobile qabel l-intervall, biex fit-tieni taqsima Jonathan Biabiany għamel l-iskor indaqs għal Parma.

U f’partita bla interess għal klassifika, rebħa kbira għal Napoli li saħħew it-tielet post, wara li barra minn darhom għelbu lil Samdporia bl-iskor kbir ta’ 5-2.

Roma – Juventus 0-1

Fi Stadio Olimpico fil-konfront bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika, ic-champions Juventus għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 1-0.

Gowl uniku minn Pablo Daniel Osvaldo fil-95 minuta li spara fis-saqaf tax-xibka minn kross fuq il-lemin ta’ Stephan Liechsteiner.

B’dan ir-riżultat, Juventus telgħu b’99 punt u issa jonqoshom biss punt mill-aħħar partita tal-Kampjonat f’darhom f’Jum iċ-Ċelebrazzjoni nhar il-Ħadd li ġej kontra Cagliari, biex isiru l-ewwel tim li jilħaq il-100 punt fil-klassifika.

Ftit qabel il-gowl tar-rebħa Juventin, Roma viċin il-vantaġġ min-naħa tagħhom, iżda l-gowlkiper Juventin Marco Storari li ħa post Gigi Buffon, salva f’żewġ tentattivi f’korner fuq iż-żagħżugh Florenzi.

Klassifika – Juventus 99, Roma 85, Napoli 75, Fiorentina 64, Inter 60,Torino 56, Parma 55, Verona 54,Milan 54, Lazio 53, Atalanta 50, Sampdoria 44, Udinese 43, Genoa 41,Cagliari 39, Sassuolo 34, Chievo 33,Bologna 29,Catania 29, Livorno 25.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar