Futbol internazzjonali
Cavani mistenni jkun f’sikktu għall-Kwarti Finali tal-Urugwaj kontra Franza

L-attakkant tal-Urugwaj Edinson Cavani ingħaqad mal-kumplament tal-iskwadra hekk kif għadu qed jipprova jirkupra minn injury fir-rebħa mal-Portugall.

Cavani weġġa wara li skorja żewġ goals mill-aqwa fejn kellu jingħata assistenza minn Cristiano Ronaldo biex jinħareġ barra l-pitch.

Huwa qed jittama li jkun mija fil-mija f’sikktu biex jerġa jmexxi l-attakk ma’ Luis Suarez fil-Kwarti tal-Finali fin-Nizhny Novgorod stadium.

Franza huma konxji mid-difiża b’saħħitha tas-Sud Amerikani li flimkien mal-Brażil huma l-uniċi tnejn sa issa f’din it-Tazza tad-Dinja li għadhom sofrew goal wieħed biss.

Ir-rebbieħ ta’ dan il-konfront fis-semifinali jiltaqa’ kontra r-rebbieħ tad-dwell Brażil kontra l-Belġju li l-ġimgħa ukoll se jkunu qed jiltaqgħu f’Kazan.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar