Futbol internazzjonali
Ċelebrazzjonijiet kbar quddiem Piazza Duomo mill-partitarji ta’ Inter

Inter huma ċ-champions il-ġodda tal-futbol Taljan għad-19-il darba fl-Istorja hekk kif illum wara nofsinhar, Atalanta naqsu li jegħlbu lil Sassuolo barra minn darhom fi skor finali ta’ 1-1.

B’hekk, Inter immexxija mill-kowċ Antonio Conte, waqfu d-dominju ta’ Juventus li kien ilu għaddej għal disa’ snin konsekuttivi.

Immedjatament mas-suffara finali tal-partita bejn Sassuolo u Atalanta, skattat festa kbira fi Piazza Duomo ta’ Milan fejn eluf ta’ partitarji ħarġu jiċċelebraw dan is-suċċess.

Inter kienu ilhom ma jirbħu l-kampjonat Taljan 11-il sena.

Wara l-34 ġurnata, Inter għandhom 82 punt f’ras il-klassifika u ma jistgħux jintlaħqu fl-aħħar 4 partiti li fadal x’jintlagħbu.

 

Miktub minn...
TVM Sport