Futbol internazzjonali
Championship Play-Offs: Aston Villa l-ewwel tim fil-finali, illejla Leeds UTD kontra Derby County

West Bromwich Albion 1  Aston Villa 0 (agg. 2-2) (3-4 ap)

Aston Villa huwa l-ewwel tim li wasal sal-finali taċ-Championship play-offs hekk kif għelbu lill-West Bromwich Albion bil-penalties. Wara li fl-ewwel leg il-Villians kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, fit-tieni leg kienu l-West Brom li spiċċaw minn fuq sad-90 minuta. Il-gowl kien skurjat man-nofs siegħa logħob minn Dawson u hekk baqgħu sat-tmiem. WBA kellhom jilagħbu madwar 40 minuta bi plejer inqas, meta fit-80 minuta Brunt tkeċċa għat-tieni karta safra u allura anke n-nofs siegħa żejda kellhom jilagħbuha b’għaxar plejers. Il-logħba marret fil-ħin barrani, bl-aggregate jibqa’ 2-2 u allura kellhom ikunu l-penalties li jiddeċiedu r-rebbieħa.

Fl-għoti tal-penalties, WBA xejn ma bdew tajjeb meta Holgate u Hegazy it-tnejn fallew. Fuq in-naħa l-oħra Hourihane u Jedinak skurjaw għall-Villa biex sa dak il-ħin kienu 2-0. Adarabioyo, Gibbs u Morrison skurjaw għall-West Brom, filwaqt li Abraham skorja għal Aston Villa u Adomah falla, biex b’hekk il-Villians skurjaw gowl aktar u għaddew għall-finali.

 

Leeds UTD – Derby County (agg. 1-0)

Illejla jintlagħab it-tieni leg tat-tieni semifinali tal-play-offs, meta Leeds United jilqgħu f’darhom lid-Derby County. Fl-ewwel leg il-Leeds kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 u allura llejla ser ikomplu jippruvaw jibnu fuq dak ir-riżultat sabiex jilagħbu kontra Aston Villa fil-finali. Il-logħba tal-lejla tibda fid-20:45.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar