Champs Lge – il-“Matador” isalva draw għal PSG kontra Chelsea

UEFA Champions League jibdew il-partiti mill-ewwel leg tal-aħħar sittax.

Paris St Germain – Chelsea 1 – 1

Fil-Parc des Princes fil-kapitali Franċiża, draw ta’ 1-1 bejn Paris St Germain u Chelsea.

Fl-ewwel taqsima Paris St Germain aħjar, fejn kien il-gowlkiper Courtois li salva lil Chelsea bi tliet saves importanti.

Madankollu kontra x-xejra tal-logħob it-tim ta’ Jose Mourinho fil-vantaġġ fis-sitta u tletin minuta, gowl maħdum bejn tliet difensuri li fl-okkażjoni telgħu jgħinu lil sħabhom fl-attakk.

Kross ta’ John Terry minn fuq ix-xellug, Gary Cahill kompla lejn is-Serb Branislav Ivanovic li b’daqqa ta’ ras għar-rokna għeleb lill-gowlkiper tal-Franċiżi, t-Taljan Toto Sirigu.

PSG jiksbu d-draw fis-sebgħa u ħamsin minuta, kross ta’ Matuidi minn fuq ix-xellug, ballun fuq l-Urugwajan Edinson Cavani li b’daqqa ta’ ras għar-rokna għeleb lil-Belgjan Courtois fil-lasti ta’ Chelsea.

Għal Cavani fil-mira ta’ Manchester United għall-istagun li ġej, dan kien is-sitt gowl tiegħu dan l-istaġun f’seba partiti fil-UEFA Champions League, il-ħmistax-il gowl għal Matador f’din il-kompetizzjoni.

Shaktar Donesk – Bayern Munich 0 – 0

Fl-Ukrajna, draw ukoll din id-darba mingħajr gowls fl-Arena Lviv bejn Shaktar Donesk u Bayern Munich, l-eroj fit-tajjeb u l-ħażin kien l-Ispanjol Xabi Alonso.

Għalih din kienet il-mitt partita fil-UEFA Champions League, partita li iżda kellha togħma morra għall-eks Liverpool u Real Madrid għaliex tkeċċa għal żewġ karti sofor f’nofs it-tieni taqsima, biex ħalla lil Bayern b’inferjorita numerika għall-aħħar ħamsa u għoxrin minuta tal-konfront.

Fl-ewwel taqsima Bayern aħjar u resqu viċin kmieni fil-partita, iżda wara azzjoni tajba ta’ Robben, kien Bastjan Schweinsteiger li b’konklużjoni minn tarf il-kaxxa, ballun ftit barra.

Wara t-tkeċċija ta’ Xabi Alonso, ċ-ċampjins Ġermaniżi xorta baqgħu l-aħjar tim fil-grawnd, madankollu rari mpenjaw lil gowlkiper tat-tim Ukren Pyatov, biex sat-tmiem l-iskor baqa ma nfetaħx, u kollox issa jkun deċiż fil-partita ta’ ritorn fl-Allianz Arena.

———————-

Logħob għall-Erbgħa

Schalke – Real Madrid (fid-8.45pm)

Sadanittant l-Erbgha jintlgħabu żewġ partiti oħra, fil-Ġermanja Schalke jospitaw fil-Gelsenkirchen lil Real Madrid, bl-eks tal-partita, l-Olandiż Klaas-Jan Huntelaar li mistenni jkun f’sikktu għal dan il-konfront, hekk kif it-tim immexxi mill-kowċ Roberto Di Matteo jittama li jpatti għat-telfa kbira f’dan l-istess round kontra l-istess merengues l-istagun li għadda.

Fl-aħħar jiem l-Olandiż Huntelaar tilef serje ta’ sessjonijiet tat-taħriġ minħabba virus, iżda għal-logħba tal-Erbgħa se jkun qed imexxi l-attakk tat-tim Ġermaniż.

Fuq in-naħa l-oħra, Real Madrid jittamaw li Gareth Bale jerġa jsib il-forma solita tiegħu, għal din il-logħba l-kowċ Carlo Ancelotti mistenni jkun mingħajr numru ta’ plejers importanti fosthom James Rodriguez, Fabio Coentrao, Sami Khedira, Sergio Ramos u Luka Modric.

Basle – Porto (fid-8.45pm_DIRETTA TVM2 )

Fil-logħba l-oħra, Basle jilqgħu lil Porto.

Il-kowċ tal-Iżvizzeri, l-Portugiż Paulo Sousa qal li f’din il-partita se jkun qed joħroġ biex jattakka lil-avversarji tiegħu, fuq in-naħa l-oħra l-Ispanjol Julen Lopetegui kowċ ta’ Porto wissa li t-tim tiegħu irid ikun fl-aħjar kundizzjoni għaliex konxju li Basle f’darhom huma b’saħħithom ħafna.

Porto huma biss wieħed minn tliet timijiet li għadhom bla telfa fil-kompetizzjoni, huma jittamaw fil-forma tal-attakkant Kolombjan Jackson Martínez li skorja tnax-il gowl fl-aħħar tlettax-il partita.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa filgħaxija ser tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Fil-logħbiet tal-lejla ser ikun hemm aktar timijiet li jagħmluha għar-Round tas-16, fosthom żewġ timijiet minn Grupp E…

Futbol internazzjonali

West Ham 1   Arsenal 3 Arsenal ħadu ftit tan-nifs wara li t-Tnejn filgħaxija ġew minn gowl minn taħt biex għelbu lil West Ham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu l-Hammers li fetħu…

Futbol internazzjonali

Fil-Brażil: Inkwiet kbir fl-aħħar partita tal-kampjonat Brażiljan tat-tim ta’ Cruzeiro fejn kellha tiġi sospiża wara li partitarji qalgħu s-seats kollha li kien hemm fil-viċinanzi tagħhom u tefgħuhom lejn il-plejers fil-pitch…

Futbol internazzjonali

Bologna 2   Milan 3 Rebħa importanti għal Milan kontra Bologna biex telgħu ftit aktar ‘il fuq fil-klassifika meta barra minn darhom rebħu 3-2. Milan marru minn fuq wara kwarta mill-penalty…

Aktar