Charles Leclerc jirbaħ l-ewwel GP virtwali tiegħu

Charles Leclerc tal-Ferrari rebaħ l-ewwel Grand Prix virtwali tiegħu meta l-Ħadd filgħaxija ddebutta bil-kbir. Suppost il-Ħadd 5 t’April kellha ssir it-tellieqa fil-Vietnam, l-ewwel darba li kienet ser issir f’dan il-pajjiż, imma kollox ġie pospost minħabba l-pandemija tal-coronavirus. U minħabba li ċ-ċirkwit tal-Vietnam għadu mhux aċċessibbli virtwalment, il-Ħadd is-sewwieqa tellqu fuq iċ-ċirkwit virtwali ta’ Melbourne Park, l-Awstralja.

It-tellieqa kienet fuq 29 lap, it-tieni waħda organizzata virtwalment. Leclerc mar fuq quddiem mal-ewwel u baqa’ jżomm l-ewwel post sat-tmiem biex spiċċa t-tellieqa 14.094 sekondi quddiem id-Daniż tar-Renault Christian Lundgaard. Is-sewwieq tal-Williams George Russell spiċċa t-tielet biex tela’ fuq il-podju. Ħu Charles, Arthur, li għad għandu 19-il sena spiċċa r-raba’, filwaqt li Antonio Giovinazzi daħal fil-ħames post.

It-tellieqa virtwali li jmiss ser issir fid-19 t’April fiċ-Ċina, filwaqt li t-tmexxija ta’ Formula 1 qed tittama li l-istaġun 2020 ma jdumx ma jibda fuq it-track minflok online.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partitarji fid-Danimarka qed isegwu l-logħon fuq skrins kbar fil-car parks. FC Midtjylland qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex il-partitarji tagħhom ikunu jistgħu jsegwu l-logħob tat-tim, u f’parkeġġ li jesa’ 12,000…

Formula 1

Il-Gvern tal-Awstrija ta l-permess biex isiru t-tlielaq tal-Grand Prix tal-Formula 1 fil-pajjiż f’Lulju li ġej. It-tlielaq huma skedati għal bejn il-5 u t-12 ta’ Lulju u jsiru mingħajr partitarji fiċ-ċirkwit…

Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Aktar