Futbol internazzjonali
Chelsea jagħtu permess lil Kante biex joqgħod ’il bogħod mill-iskwadra

Chelsea taw permess lil N’Golo Kante biex ma jitħarriġx mal-kumplament ta’ sħabu tat-tim u joqgħod ’il bogħod minnhom.

Dan jista’ jfisser li anki jekk il-Premier League Ingliż jitkompla, Kante ma jilgħabx aktar f’dan l-istaġun.

Il-midfielder Franċiż ta’ 29 sena ingħata permess biss biex jitħarreġ f’iżolament f’Cobham iżda l-plejer għażel li jibqa’ jagħmel l-eżerċizzji f’daru.

Kante kien intiltef minn sensieh lura fl-2018 waqt sessjoni ta’ taħriġ u fl-istess sena, ħuh kien miet b’attakk tal-qalb.

Id-deċiżjoni dwar Kante hi simili ħafna għal dik li ħadu Watford dwar il-plejer tagħhom Troy Deeney.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-FIFPro l-Assoċjazzjoni internazzjonali tal-players tal-football qalet li tinsab inkwetata ferm bis-sitwazzjoni tal-kontinwazzjoni tal-kampjonati domestiċi fl-Ewropa fosthom fl-Ingilterra, fl-Italja u anke fil-Ġermanja fost pajjiżi oħra. Vincent Gouttebarge f’isem il-FFPro f’intervista mal-ġurnal…

Futbol internazzjonali

Ianis Hagi iben l-eks internazzjonali Rumen Gheorghe Hagi iffirma kuntratt li se jorbtu mal-Club Skoċċiż ta’ Rangers minn tal-inqas għal tliet staġuni oħra. Hagi ta’ 21 sena u li diġa’…

COVID-19 Sports

Il-Clubs tal-Premier fl-Ingilterra vvutaw b’mod unanimu favur li jibda t-taħriġ normali inkluż li jista’ jsir kuntatt fi small sided games u anke jistgħu isiru tackles. Dan il-vot ironikament wasal sigħat…

Futbol internazzjonali

Aktar timijiet Brażiljani qed jirritornaw għat-taħriġ għalkemm il-pajjiż għadu mkagħbar mill-imxija tal-Covid-19. It-taħriġ qiegħed isir bid-distanzi soċjali imposti mill-Gvern, u fil-preżent kull klabb qiegħed jiċċekkja l-livell fiżiku tal-plejers tiegħu wara…

Aktar