Sports Internazzjonali
Chess: Magnus Carlsen jeħlisha ħafif biex jgħaddi mir-rawnd preliminari

Iċ-champion dinji Magnus Carlsen ħelisha ħafif fir-rawnd preliminari tal-Abbey Lindores Rapid Challenge meta kellu jiġi minn taħt wara li tilef mar-Russu Daniil Dubov. Wara din it-telfa kien imissu jilgħab kontra l-Iranjan ta’ 16-il sena Alireza Firouzja, imma ħareġ rebbieħ u b’hekk għadda għar-round li jmiss.

L-Amerikan Hikaru Nakamura u r-Russu Sergey Karjakin jinsabu fuq quddiem fil-klassifika wara tlett ijiem tar-round preliminari f’din il-kompetizzjoni. Minn għada s-Sibt tibda l-fażi tan-Knockout fejn minbarra Carlsen, hemm ukoll Ding Liren, Wesley So, Yu Yangyi, Levon Aronian u Daniil Dubov.

Dan huwa t-tieni tournament taċ-chess li qiegħed jintlagħab online wara l-Magnus Carlsen Invitational tax-xahar li għadda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA