Sports Internazzjonali
Chess: Vachier-Lagrave jilħaq lil Nepomniachtchi fil-klassifika meta jinsabu nofs triq

Il-Franċiż Maxime Vachier-Lagrave għeleb lir-Russu Ian Nepomniachtchi biex mhux biss tah l-ewwel telfa fil-Candidates Tournament, imma rnexxilu jilħqu fil-klassifika. It-Tournament qiegħed isir f’Yekaterinburg, ir-Russja, u qabel bdiet il-logħba bejn Vachier-Lagrave u Nepomniachtchi, il-Franċiż kien punt biss wara r-Russu. It-Tournament jinsab nofs triq, u min ser jirnexxielu jirbaħ imbagħad jisfida liċ-champion dinji Magnus Carlsen.

Il-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Chess daħħlet miżuri differenti sabiex il-plejers ma jipperikolawx saħħithom matul it-tournament, tant li l-ebda spettaturi mhuma permessi fejn qed isir il-logħob, il-plejers mhux jieħdu b’idejn xulxin qabel u wara l-logħba, filwaqt li l-hand sanitisers qed jitpoġġew maġenb il-boards fejn jikkompetu l-aqwa plejers tad-dinja.

Il-Candidates Tournament jiġi fi tmiemu fit-3 t’April.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Donazzjoni kbira mill-NFL in-National Football League hekk kif dawn taw xejn inqas minn 35miljun dollaru ekwivalenti għal €31 miljun lill-entitajiet tas-saħħa fl-Istati Uniti fi sforz li tkun kontrollata l-coronavirus fl-Istati…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla. Madraw 6,200 atleta minn 11,000…

Formula 1

Għalkemm l-istaġun tal-Formula 1 kellu jiġi pospost minħabba l-imxija tal-coronavirus, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ispekulazzjoni li qiegħda ddawwar ċertu timijiet u sewwieqa f’dan il-mument. Ftit jiem qabel ma ntemm l-istaġun…

Sports Internazzjonali

Il-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess ħabbret li l-Candidates Tournament li kien għaddej fir-Russja twaqqaf ħesrem minħabba miżuri ġodda li ħa l-Gvern Russu. Skont l-istqarrija, ir-Russja mistennija tagħlaq l-ajruporti fis-sigħat li ġejjin bħala…

Aktar