Chicharito jsegwi lil Vidic ma’ Inter?

L-attakant Messikan Javier Hernandez magħruf bħala Chicharito jista jsegwi lil Nemanja Vidic, u fi tmiem l-istaġun iħalli lil Manchester United biex jingħaqad ma’ Inter.

Il-medja Taljana qed tirraporta li l-Messikan ftit jidher li għadu fil-pjanijiet tal-manager tar-Red Devils David Moyes, u skont huma, Inter huma l-favoriti għal firma tiegħu, fl-eventwalita imminenti li Hernandez iħalli lil United dan is-sajf.

…. mistenni jagħmel xi ġimgħat barra minħabba injury

Sadanittant fi żviluppi oħra, l-istaġun ta’ Hernandez kompla sejjer mill-ħazin għall-agħar, hekk kif il-bieraħ sofra injury fl-irkoppa waqt li kien fl-azzjoni għal pajjiżhu, l-Messiku, f’partita ta’ ħbiberija kontra n-Niġerja.

Hernandez mistenni jagħmel xi ġimgħat barra mill-azzjoni, fejn se jitlef numru ta’ partiti ma’ Manchester United, iżda jittama li tal-inqas ikun f’sikktu qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja.

Chicharito weġġa fil-partita msemmija kontra n-Niġerja li ntemmet fi draw ta’ 0-0, wara li ħabat mal-gowlkiper Niġerjan Vincent Enyeama.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar