Futbol internazzjonali
Chiellini jispiċċa juri aktar milli kien mistenni minnu

Wara li l-Ħadd filgħaxija Milan spiċċaw megħluba minn Juventus fil-Giuseppe Meazza, iż-żagħżugħ Raoul Bellanova xtaq li jieħu ritratt mal-idolu tiegħu Cristiano Ronaldo. Bellanova xejn ma ddejjaq li jieħu ritratt mal-Juventin avolja t-tim tiegħu kien għadu kif tilef 2-0 u spiċċa anke bi plejer anqas matul id-90 minuta.

Biss kultant, meta tieħu ritratt, trid toqgħod attent x’ikun qiegħed jiġri warajk, u sfortunatament għal Bellanova, ir-ritratt ta’ rikordju ma’ Ronaldo spiċċa mxerred fuq il-midja soċjali għal raġuni li m’għandha xejn x’taqsam mal-futbol. Fuq wara tar-ritratt tidher id-dressing room li fiha kien hemm it-tim ta’ Juventus, bil-captain Giorgio Chiellini għarwien ħuta, li ma kienx qiegħed jagħti kas li hemm min qiegħed jieħu r-ritratti.

Iż-żagħżugħ Bellanova kellu jiskuża ruħu fuq Instagram għaliex qabad u tella’ r-ritratt li fih ġibed aktar affarijiet milli kien mistenni. Bellanova qal li lanqas biss ta kas li fl-isfond kien hemm Chiellini għarwien, u skuża ruħu mal-captain Juventin talli perrċu quddiem kulħadd. Bellanova anke skuża ruħu mal-partitarji ta’ Milan, fejn ikkonferma li kienet ħolma tiegħu li jieħu dak ir-ritratt ma’ Ronaldo, imma li sfortunatament kellu jieħdu wara telfa ta’ 2-0 għat-tim tiegħu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fi Stadio Wanda Metropolitano, li fl-1 ta’ Ġunju se jospita l-finali taċ-Champions League, Atletico Madrid għelbu lil Juventus bl-iskor ta’ 2-0. Neqsin għaċ-champions Taljani l-plejers Juan Cuadrado li ilu barra…

Futbol internazzjonali

Paul, partitarju ta’ Liverpool, spjega dan l-inċident stramb u farsesk li għadda minnu lbieraħ fuq stazzjon tat-televiżjoni Ġermaniż, li minħabba fih tilef il-partita f’Anfield kontra Bayern Munich, minħabba li skont…

Futbol internazzjonali

Sami Khedira, il-plejer ta’ Juventus FC u tat-tim nazzjonali tal-Ġermanja, għamel operazzjoni f’qalbu u se jdum barra mil-logħob għal erba’ jew ħames ġimgħat. L-aħbar ħarġet ilbieraħ u kienet waħda li…

Futbol internazzjonali

Illum jidħlu fl-azzjoni l-aħħar timijiet li jiffurmaw il-grupp tal-aħħar sittax tal-Uefa Champions League. Fil-Wanda Metropolitano Stadium, l-istess post li fih fl-1 t’ Ġunju ser tintlagħab il-finali, illejla Atletico Madrid jospitaw…

Aktar