Futbol internazzjonali
Chris Smalling u familtu misruqa f’darhom minn ħallelien armati

Id-difensur ta’ Roma, Chris Smalling flimkien mal-familja tiegħu, ġew misruqa f’darhom kmieni dalgħodu meta ħallelien armati daħlu fuqu u heddewh anki b’revolver ma’ rasu.

Il-ħallelien serqu arloġġi, deheb u anki flus kontanti.

Id-difensur Ingliż ma kienx fil-partita tal-kwarti tal-finali tal-bieraħ tal-UEFA Europa League li Roma eliminaw fiha lil Ajax u għaddew għas-semifinali.

Smalling qed jirkupra minn injury li sofra ftit tal-ġimgħat ilu.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA, tliet irġiel daħlu fid-dar ta’ Smalling minn tieqa li għandu fil-kamra tas-sodda.

Id-dar ta’ Smalling tinsab fiż-żona ta’ Appia.

Miktub minn...
TVM Sport