Ċikliżmu
Ċikliżmu: Alexander James Smyth u Marie Claire Aquilina jirbħu l-ewwel rawnd tal-2019

Il-kampjonat nazzjonali tar-Road race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu beda bl-ewwel tiġrija minn tlieta nhar il-Ħadd fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin fejn kien hemm is-suċċess minn naħa taċ-ċiklist Malti/Awstraljan, Alexander James Smyth u Marie Claire Aquilina li rebħu l-Kategoriji prinċipali tal-Elite u tan-Nisa. Ta’ importanza kbira kien is-suċċess doppju tal-aħwa Għawdxin, Brandon u Darren Sultana ta’ Gozo CC li ddominaw iż-żewġ kategoriji rispettivi tagħhom dawk ta’ taħt it-23 u s-16 –il sena.

Fil-fatt Alexander James Smyth ta’ Carnegie Caulfield CC għamel is-seba’ dawriet (60.2 Km) f’ħin ta’ 01:43.27. Warajh spiċċaw rispettivament Etienne Bonello ta’ Team Greens (01: 43.38) u William Hili ta’ Mosta AF Sign Studio CC f’01: 43.45.

Iċ-champion Nazzjonali Marie Claire Aquilina ta’ Team Greens reġgħet spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet il-ħames dawriet tagħha (43 Km) f’1:21.43. Lara Buttigieg (01:33.29) u Michelle Vella Wood (01:38.31) komplew is-suċċess komplet fuq il-podju tat-Team Greens.

Il-kategorija tal-Masters 40+ rat rebħa oħra minn Ivan Zammit ta’ Birkirkara St. Joseph SC li spiċċa s-sitt dawriet tiegħu (51.6 Km) f’01:18.03. Sekonda biss warajh daħal Malcolm Cachia (The Cyclists) f’01:18.04. Brian Rogers ta’ Birkirkara St Joseph SC ikkonkluda l-podju fit-tielet post f’01:18.57.

Il-kategorija tal-Masters 50+ rat is-suċċess ta’ Joseph Micallef ta’ Team Greens li wera l-abiltajiet tiegħu fit-tlajja meta spiħa fuq quddiem fis-sitt dawriet f’ħin ta’ 01:22.27. Warajh spiċċaw Steve Mifsud ta’ Mosta AF Sign Studio CC (01:24.09) u Joseph Zammit ta’ Team Greens (01: 31.59).

Il-kategorija l-ġdida ta’ taħt it-23 sena ntrebħet minn Brandon Sultana ta’ Gozo CC li spiċċa s-seba ‘dawriet tiegħu f’1:44.11. Nicholas Attard Montalto ta’ The Cyclists spiċċa fit-tieni (01:51.04), filwaqt li t-tielet daħal Carl Xuereb ta’ Mosta AF Sign Studio CC (01:53.34).

Il-kategorija tal-Juniors fuq 51.6 Km (sitt dawriet) intrebħet minn Nikol Micallef ta’ Mosta AF Sign Studio CC (01:36.57). Sieħbu Clive Chetcuti spiċċa t-tieni (01:39.23) u fit-tielet pożizzjoni kien hemm Luke Borg The Cyclists (01:40.02).

Il-kategorija Subien ta’ taħt is-16-il sena kienet iddominata minn Darren Sultana ta’ Gozo CC li spiċċa l-erba’ dawriet tiegħu f’01:05.47. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti mill-Mosta AF Sign Studio CC, Jacob Schembri (01:07.26) u Matthew Galea Pirotta (01:07.27). Kristina Spiteri ta’ The Cyclists (01:16.27) rebħet l-istess kategorija femminili.

Il-kategorija tas-Subien ta’ taħt l-14 -il sena ntrebħet minn Jaeken Galea tal-Mosta AF Sign Studio CC li kkompleta t-tliet dawriet tiegħu f’00:51.55. Warajh daħlu żewġ ciklisti minn The Cyclists, Kai Azzopardi (00:52.30) u Miguel Galea (00:55.12). Hannah Dandria tal-Mosta AF Sign Studio CC rebħet l-istess kategorija femminili fl-01:00.47. Hija kienet segwita minn Valentina Soler tal-istess klabb f’01:07.40.

Il-kategorija tas-Subien ta’ taħt 12-il sena ntrebħet minn Jonas Micallef tal-Mosta AF Sign Studio CC li għamel it-tellieqa tiegħu f’06:17.21. Warajh spiċċa d-debuttant Għawdxi Keith Sultana ta’ Gozo CC (07:29.10) u Luca Teuma tal-Mosta AF Sign Studio CC (08:20.32). L-istess kategorija tal-bniet intrebħet minn Kate Vella (Team Greens) f’11: 05.22.

Fl-aħħar tat-tiġrijiet, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Malta Cycling Federation għamlu l-preżentazzjonijiet tal-midalji lir-rebbieħa.

It-tigrija li jmiss se ssir nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju 2019, it-tieni waħda mill-istess Kampjonat f’Ta ‘Pinellu.

Ir-riżultati kollha kienu dawn:

  1. Alexander James Smyth – Carnegie Caulfield CC 01:43.27
  2. Etienne Bonello – Team Greens CC                            01:43.38
  3. William Hili – Mosta AF Sign Studio CC                        01:43.45

Nisa

  1. Marie Claire Aquilina – Team Greens                          01:21.43
  2. Lara Buttigieg – Team Greens                               01:33.29
  3. Michelle Vella Wood – Team Greens                        01:38.31

Taħt it-23 sena

  1. Brandon Sultana – Gozo CC                            01:44.11
  2. Nicholas Attard Montalto – The Cyclist                       01:51.04
  3. Carl Xuereb- Mosta AF Sign Studio CC                                01:53.34

Juniors

  1. Nikol Micallef- Mosta AF Sign Studio CC                      01:36.57
  2. Clive Chetcuti- Mosta AF Sign Studio CC                     01:39.23
  3. Luke Borg – The Cyclist                       01:40.02

Masters 40+

  1. Ivan Zammit – B’Kara St.Joseph SC                           01:18.03
  2. Malcolm Cachia-The Cyclist                                     01:18.04
  3. Brain Rogers – B’Kara St. Joseph SC                          01:18.57

Masters 50+

  1. Joseph Micallef -Team Greens                                  01:22.27
  2. Steve Mifsud – Mosta AF Sign Studio CC                     01:24.09
  3. Joseph Zammit -Team Greens                                 01:31.59

Taħt is-16 -il sena Maskili

  1. Darren Sultana – Gozo CC                            01:05.47
  2. Jacob Schembri – Mosta AF Sign Studio CC                 01:07.26
  3. Matthew Galea Pirotta – Mosta AF Sign Studio CC         01:07.27

Taħt is-16 -il sena Feminili

  1. Kristina Spiteri -The Cyclist                                       01:16.27

Taħt l-14 -il sena Maskili

  1. Jaeken Galea – Mosta AF Sign Studio CC                     00:51.55
  2. Kai Azzopardi – The Cyclist CC                                  00:52.30
  3. Miguel Galea – The Cyclist CC                            00:55.12

Taħt l-14 -il sena Feminili

  1. Hannah Dandria -Mosta AF Sign Studio CC         01:00.47
  2. Valentina Soler – Mosta AF Sign Studio CC                  01:07.40

Taħt it-12 -il sena Maskili

  1. Jonas Micallef- Mosta AF Sign Studio CC                     06:17.21
  2. Keith Sultana – Gozo CC                             07:29.10
  3. Luca Teuma- Mosta AF Sign Studio CC                             08:20.32

Taħt it-12 -il sena Feminili

  1. Kate Vella– Team Greens CC                                    11:05.22
Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja. Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour. Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li…

Aktar