Ċikliżmu
Ċikliżmu: April Tacey tirbaħ ir-raba’ stadju tat-Tour de France virtwali

Il-Brittanika April Tacey rebħet it-tieni stadju tagħha fit-Tour de France virtwali li qiegħed isir bħalissa. Hija rebħet il-kategorija tan-nisa filwaqt li Freddy Ovett rebaħ il-kategorija tal-irġiel.

Tacey, li għad għandha 19-il sena, kkalkulat l-isprint finali b’perfezzjoni meta kienet wara Anna Henderson u Lauren Stephens, imma bl-attakk finali tagħha rnexxilha tasal l-ewwel u taqbeż il-linja. Ir-raba’ stadju minn sitta li qed isiru virtwalment, kien fuq distanza ta’ 23 kilometru.

Freddy Ovett min-naħa tiegħu għeleb l-isfida ta’ Michael Valgren u BNick Schultz.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar