Ċikliżmu
Ċikliżmu: Caleb Ewan jirbaħ il-11-il stadju tal-Giro d’Italia

Fil-11-il stadju tal-Giro d’Italia, l-Awstraljan Caleb Ewan kellu sprint mill-aqwa biex ħareġ rebbieħ quddiem il-Franċiż Arnaud Demare. L-Awstraljan t’24 sena rebaħ it-tieni stadju personali f’dan il-Giro, wara li kien rebaħ anke t-tmien wieħed. It-Taljan Valerio Conti żamm il-flokk ir-roża wara li baqa’ fl-ewwel post tal-klassifika qabel ma’ għada l-Giro jmur fl-Alpi.

Fl-istadju tal-lum, il-Ġermaniż Pascal Ackermann daħal fit-tielet post, ġurnata wara li żelaq bir-rota u tilef ħin imprezzabbli fl-għaxar stadju.

Għada jsir it-tnax-il stadju minn Cuneo sa Pinerolo fuq distanza ta’ 156 kilometru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Aktar minn 4,000 ċiklist minn 41 pajjiż differenti ħadu sehem f’tellieqa iebsa ta’ 86 kilometru fuq l-Alpi Taljani s-Sibt li għadda. Din kienet l-għaxar edizzjoni tal-BMW Hero li telqet minn…

Ċikliżmu

Il-Belġjan Wout van Aert rebaħ il-ħames stadju tal-Criterium du Dauphine biex b’hekk rebaħ żewġ stadji wara xulxin. Iċ-ċiklist tat-tim Jumbo-Visma għeleb l-isfida tal-Irlandiż Sam Bennett biex fl-isprint rebaħ l-istadju fuq…

Ċikliżmu

Fil-ġurnata lil Chris Froome jinsab l-Isptar għall-intervent kirurġiku wara li kien involut f’inċident fil-Criterium du Dauphine, illum ħarġet l-aħbar ta’ każ ieħor ta’ doping f’dan l-isport. Din id-darba kien l-Ispanjol Juan…

Ċikliżmu

Is-sħana qawwija li laqtet lil Malta nhar il-Ħadd li għadda, u it-terren tekniku u diffiċli,  kontribwixxew għal kundizzjonijiet diffiċli ferm fit-tielet tellieqa tat-Trustmoore National Point Series.  Il-kundizzjonijiet tat-temp ukoll ikkontribwew…

Aktar