Ċikliżmu
Ċikliżmu: Caleb Ewan jirbaħ il-ħames stadju tal-Giro D’Italia

L-Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-ħames stadju tal-Giro D’Italia li sar illum.

Ewan kellu sprint qawwija lejn l-aħħar tat-tellieqa biex ħareħ rebbieħ.

Wieħed mill-favoriti li jirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena, Mikel Landa, kellu jirtira wara li inċident ikrah li kellu.

Iċ-ċiklist ta’ Lotto Soudal għeleb lil Giacomo Nizzolo, b’Elia Viviani li daħal fit-tielet post.

It-Taljan Alessandro De Marchi baqa’ jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall u allura l-flokk ir-roża wara li akkwistah fir-raba’ stadju tal-bieraħ.

L-istadju tal-lum kien twil 175 kilometru mentri dak ta’ għada li se jwassal sa Ascoli Piceno se jkun twil 160 kilometru.

 

Miktub minn...
TVM Sport