Ċikliżmu
Ċikliżmu: Caleb Ewan jirbaħ is-seba’ stadju tal-Giro D’Italia

Caleb Ewan rebaħ is-seba’ stadju tal-lum tal-Giro D’Italia.

Iċ-ċiklist ta’ Lotto Soudal rebaħ bi sprint finali l-istadju li kellu tul ta’ 181 kilometru.

Is-seba’ stadju tal-lum beda minn Noaresco u ntemm f’Termoli.

Fit-tieni post spiċċaw Davide Cimolai ta’ Israel Start Up u Tim Merlier tal-Alpecin Fenix temm fit-tielet post.

Wara r-riżultati tal-lum, Attila Valtar ta’ Groupama baqa’ jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall li jfisser ukoll il-flokk ir-roża.

Miktub minn...
TVM Sport