Ċikliżmu
Ċikliżmu: Chris Froome iħabbar li mhux se jibqa’ jsuq ma’ Team Ineos

L-erba’ darbiet champion tat-Tour De France, l-Ingliż Chris Froome ħabbar li se jkun qed iħalli lil Team Ineos fl-aħħar tal-istaġun.

L-aħbar għamluha uffiċjali t-tim tiegħu stess.

Froome rebaħ it-Tour De France fl-2013, l-2015, l-2016 u l-2017 u jinsab rebħa l-bogħod f’dan it-tour milli jsir l-aktar ċiklist li qatt rebaħ it-Tour de France flimkien maċ-ċiklisti Jacques Anquetil, Eddy Merckx, Bernard Hinault u Miguel Indurain.

Froome irkupra sew minn inċident ikrah li kellu s-sena l-oħra u qal li ma’ Team Ineos kellu żmien fenomenali li flimkien rebħu dak kollu possibbli fiċ-ċikliżmu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar