Ċikliżmu
Ċikliżmu – Christian Formosa u Marie Claire Aquilina ċampjins nazzjonali

Ċikliżmu – Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race. Christian Formosa ta’ The Cyclist jibqa’ ċ-ċampjin fis-sezzjoni tal-irġiel filwaqt Marie Claire Aquilina hija ċ-ċampjin tan-nisa. Il-Kampjonat Nazzjonali tar-Road Race organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu ntemm fl-aħħar jiem fejn Formosa ta’ The Cyclist iddefenda b’suċċess it-titlu ta’ ċampjin nazzjonali li huwa akkwista għall-ewwel darba s-sena l-oħra. Huwa tella’ total ta’ 510 punt, miksuba minn rebħa f’San Pawl u u t-tielet post f’San Martin u Tal-Maqluba.

Marie Claire Aquilina tat-Team Greens ikkonfermat l-istaġun ferm tajjeb tagħha billi ħarġet rebbieħa fis-sezzjoni tan-nisa. Hija spiċċat l-ewwel b’total massimu ta’ 600 punt. Dawn il-punti kienu akkwistati minn rebiet f’San Pawl, San Martin u f’tal-Maqluba.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Mill-inqas sittax-il rider barrani minn ħames pajjiżi huma konfermati għall-ħames edizzjoni tal-BMX Fest: Christmas Edition: li se ssir bejn it-30 ta’ dan ix-xahar u t-2 ta’ Diċembru. Fost il-parteċipanti, ir-rebbieħ…

Ċikliżmu

L-Ispanjol Alejandro Valverde għadda fl-aħħar ftit liċ-ċiklist minn Wales Geraint Thomas biex rebaħ il-Le Tour De France Saitama Criterium tal-Ġappun. Iċ-ċiklist champion tad-dinja ta’ 38 sena spiċċa d-19-il dawra tat-tellieqa…

Ċikliżmu

Johan Bruynel, l-ex team manager ta’ Lance Armstrong ġie sospiż għal għomru miċ-ċikliżmu wara li l-WADA appellat lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-isport kontra l-10 inizzjali li kien waħel minħabba metodi ta’ doping…

Ċikliżmu

Simon Yates rebaħ it-titlu tal-Vuelta ta’ Spanja biex l-Ingilterra għaqdet hat-trick ta’ rebbieħa mill-pajjiż tagħha fil-Grand Tours għall-2018. Yates, ta’ 26 sena, iddefenda l-vantaġġ ta’ minuta u 46 sekonda li…

Aktar