Ċikliżmu
Ċikliżmu: Clement Shampoussin ta’ Citroen jirbaħ l-20 stadju tal-Vuelta ta’ Spanja

Clement Shampoussin ta’ Citroen wettaq sorpriża kbira meta rebaħ l-20 stadju tal-Vuelta ta’ Spanja b’attakk lejn l-aħħar u fl-istess ħin Primoz Roglic ta’ Jumbo-Visma baqa’ jżomm l-ewwel post tal-klassifika overall bit-tieni post li akkwista.

Is-Sloven Roglic daħal sitt sekondi wara Champoussin u żewġ sekondi qabel Enric Mas ta’ Movistar li daħal fit-tielet post.

50 kilometru minn tmiem it-tellieqa kien Ryan Gibbons ta’ Team Emirates li attakka lil ta’ quddiem iżda deher iċedi hekk kif qabeż l-aħħar telgħa qabel it-tmiem.

L-20 stadju kellu tul ta’ ftit aktar minn 202 kilometru minn Sanxenxo sa Mos Castro de Herville.

Miktub minn...
TVM Sport