
Ċikliżmu
Ċikliżmu: Egan Bernal jingħata tislija ta’ eroj fil-Kolombja qabel ma ħalla l-pajjiż biex jipparteċipa għat-Tour de France
Iċ-Champion renjanti tat-Tour de France Egan Bernal, ingħata tislija ta’ eroj fil-Kolombja qabel ma ħalla l-pajjiż biex jipparteċipa għat-Tour de France.
Iċ-ċermimonja taċ-ċiklist Kolombja saret f’Salt Cathedral, fejn ingħata l-Bandiera Reġjonali fil-belt fejn twieled, Zipaquira.
Is-sena l-oħra, iċ-ċiklist ta’ 23 sena, sar l-ewwel persuna mill-Amerika Latina li rebaħ it-Tour de France u anki l-iżgħar ċiklist li rebaħ it-titlu f’110 snin ta’ kompetizzjoni.
Bernal qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex iżomm it-titlu, kemm għalih u anki għall-pajjiżu.